Fuq il-paġna tal-programm Il-Każin li jixxandar fuq l-istazzjon Tokis kull nhar ta' Ġimgħa, sinjura tistaqsi lis-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg dwar jekk qatt ikkunsidraw ċerti regoli minħabba r-riħa tal-ħaxixa.
Melanie tgħid, "Waqt li kont tqila, u għandi tifel ta' disa' snin ukoll. Għaddejt minn esperjenza fejn, noħorġu fil-komun b'riħa ta' smoke, noħorġu fil-gallarija riħa ta' smoke. Spiċċajt kelli nispjega lit-tifel ta' 9 snin, x'inhi din l-ismoke?"
Hi tistaqsi, "Ikkunsidrajtuhom dawn l-affarijiet meta qegħdin tagħmlu din il-liġi?" Mistoqsija li żgur ħafna jistgħu jirrelataw magħha għax qed jesperjenzaw l-istess sitwazzjonijiet. Sitwazzjonijiet li qed joħolqu frustrazzjoni fost il-Maltin.
Sitwazzjoni li wkoll qed tħalli impatt fuq diversi nies hi li f'diversi postijiet pubbliċi wieħed jista' jxomm diversi rwejjaħ ta' ħaxixa. Jista' jagħti kas li m'hemmx infurzar tal-liġijiet.