Illejla min ser ikun il-mistieden ta' Min Imissu? Il-vittma li jmiss ta' dan il-programm mhu ħadd ħlief Quinton Scerri, il-preżentatur li ta' kull filgħodu fuq TVM flimkien ma' Clara Farrugia jippreżenta TVAM.

Ritratt: Facebook / Min Imissu?

Minn informazzjoni li għandna esklussiva minn naħa tat-tim ta' Min Imissu? jindika li Quinton hu mama's boy u l-grupp famuż u popolari Hospital Expressions ma setgħux iħallu fatt bħal dan jaħrab mingħajr ma jkantaw kanzunetta fuq is-suġġett.

Kanzunetta li hi bbażata fuq storja vera li ġrat bejn Quinton u ommu. Il-Hospital Expressions ħasbu li l-kanzunetta tal-grupp leġġendarju Queen tkun ideali għal sitwazzjoni bħal din, allura għażlu l-Bohemian Rhapsody.

Għalkemm hi kanzunetta tqila mmens sabiex titkanta, kif kulħadd jaf il-Hospital Expressions m'hawnx aqwa minnhom u żgur li ħa jqaxxru l-kanzunetta u jiżvelaw din il-ġrajja fuq Quinton.

Illejla fuq ONE TV fit-20:30 imissu Quinton Scerri fuq Min Imissu?

Facebook / Quinton Scerri


Emil Calleja Bayliss