Illum u għada, il-Belt Valletta hemm avveniment mill-isbaħ, The Make-Up Festival!

Għal dan il-festival attendew u se jattendu diversi personalitajiet, bħal Ben Camille, Owen Luellen, Gaia Cauchi u Tamara Webb, fost oħrajn. Apparti dawn il-personalitajiet u oħrajn, Ira Losco kellha tkun hemm ukoll, iżda sfortunatament għadha kemm ħabbret li ma tistax tattendi għax tinsab ma tiflaħx ħafna.

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco) on

Fuq il-midja soċjali tagħha qalet li qabadha virus ilbieraħ. Kitbet li għalkemm dalgħodu bdiet tħossha daqsxejn aħjar, issa qed tħossha li qed tiggrava. Bilkemm tista' tiftaħ għajnejha. Fil-fatt din il-post fuq il-midja soċjali ġiet miktubha minn xi ħaddieħor.

F'isem Gwida.mt, nixtiequ nawguraw lil Ira fejqan ta' malajr! Jalla tħossha aħjar ma ddumx!

Instagram / @iralosco


Yasmin Camilleri