Permezz ta’ post fuq il-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook, National Blood Transfuion Service- Malta ħabbru mas-segwaċi tagħhom li hemm bżonn b’ mod speċjali żewġ tipi ta’ demm fejn huma qalu “nixtiequ li l-attendenza tad-donaturi tal-gruppi O Positive u A Positive tibqa' għaddejja fi tmiem il-gimgħa wkoll.” Dan qaluh wara li huma rringrazzjaw ukoll lil dawk kollha li attendew fl-aħħar ebat ijiem biex jagħtu d-donazzjonijiet ta’ demm.

Huma taw avviż ċjkejken ukoll fejn qalu “tinsewx il-karta tal-identita' u l maskra” fejn huma fundamentali biex wieħed ikun jista’ jagħti d-demm. Huwa sabiħ li dawk li jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom f’dan ir-rigward jagħtuha għax żgur mhux forsi li jkunu qed isalvaw il-ħajjiet tan-nies!


Charlton Cefai