Il-kantanta lokali Rachel Lowell illum qed tiċċelebra għeluq sninha f'dan il-jum. Jum speċjali għaliha kif ukoll għall-għażiża ommha li ħallitilha messaġġ mill-qalb biex tawgurawlha.
Michelle, omm Rachel, kitbet, "Awguri f'għeluq sninha lil bintna Rachel. Nixtieqlek għeluq it-22 sena tiegħek fantastiku, mimli ferħ, daħk, u l-hena kollha li toffri l-ħajja. Iċċelebra dan il-jum speċjali bis-sħiħ!"
Lil Rachel rajnieha f'diversi festivals lokali fosthom il-Malta Eurovision u Mużika Mużika. Hi tifforma parti mill-grupp ta' kantanti MARA. Awguri mill-qalb Rachel!
Facebook/ Rachel Lowell