Illum tiċċelebra għeluq sninha omm l-artist lokali Lawrence Gray. Fuq il-mezzi soċjali, Lawrence jaqsam ritratt ta' ommu u messaġġ sabiħ mill-qalb. Hu jikteb, "Nixtieq nifraħ lis-sabiħa omm, mara maħbuba minn ħafna, l-aqwa xewqat għal għeluq sninha."

Hu jżid, "Illum huwa jum speċjali għalik, ma, inħobbok bla tarf u nirringrazzjak talli dejjem ħabbejtni aktar minn kollox, u dejjem kont hemm għalija meta kelli bżonnok. Nixtieqlek ferħ, imħabba, u saħħa, u nitlob lill-Mulej iżomm għajnejh fuqek u jipproteġi kull pass li tagħmel 'il quddiem."

Hu jtemm bil-kliem, "Kompli tbissem u iddi b’dik l-aura sabiħa tiegħek. Inħobbok, ma. Il-barka t’Alla dejjem fuqek."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ u sena mill-aqwa mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha!

Facebook / Lawrence Gray


Emil Calleja Bayliss