Iktar kmieni llum intqal li ġenituri ddeċidew li joħorġu lit-tfal tagħhom mill-iskola wara li saru jafu li l-għalliem huwa omosesswali. Dan l-istess għalliem Stefan Vassallo għadu kemm kiteb fuq il-midja soċjali biex jirringrazzja lil kull min tah l-appoġġ.
Hu kiteb, “Nixtieq nieħu mument biex nirringrazzja lil kull min tani l-appoġġ. Jista’ jkun li xi ftit minnkom ma ndunajtux li jien l-għalliem minħabba l-kunjom differenti li nuża fuq il-midja soċjali tiegħi. Din l-għażla għamiltha qabel sirt għalliem – mhux biss għax inħobb lil Lady Gaga imma wkoll biex nissepara l-ħajja personali tiegħi mill-ħajja bħala raġel omosesswali.”
Hu kompla, “Illum kelli nsib il-kuraġġ biex pubblikament u bi kburija nidentifika bħala għalliem omosesswali. Għal min ma kellux ċans jaqra l-ittra s’issa, qed naqsamha magħkom hawn.”
Hu appella, “Nixtieq li kulħadd jibqa’ juri r-rispett fil-kummenti, speċjalment lejn il-ġenituri u b’mod speċjali lejn it-tfal li m’għandhomx poter f’din is-sitwazzjoni. Jiena nħossni ferħan li rnexxieli noħloq konverżazzjoni f’isem dawk kollha li bħali, esperjenzaw uġigħ u ġudizzju.”
Nirringrazzja lil Stefan Vassallo tal-kuraġġ kbir tiegħu f’din is-sitwazzjoni u talli qed ikun leħen għal nies li bħalu, ġew iġġudikati minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom.
Facebook / Stefan Germanotta