Ilbieraħ Angela Coleiro tellat status fuq il-profil tagħha li ġie interpretat minn xi nies b'mod differenti minn dak li xtaqet twassal hi. Hi tibda billi tgħid, "Nixtieq niċċara ftit u nispjega sew dak li xtaqt ifisser bil-post li ktibt ilbieraħ għax naħseb li ħafna nies fehmuni ħażin! Jiena nħobb ħafna noqgħod waħdi. Napprezza ħafna l-kumpanija tiegħi nnifsi."
Angela tgħid, "M'għandix dwejjaq jew swied il-qalb. Bħalissa ma nixtieqx li jkolli relazzjoni. Kuntenta waħdi. Meta nkun irid il-kumpanija għandi ħafna ma' min niltaqa', u bħal ma tafu involuta f'ħafna affarijiet u attivitajiet. Li kont qed ngħid huwa li veru ma nħobbx ix-xitwa, speċjalment meta jkun maltemp kbir, kif għamel dan il-weekend."
Hi żżid, "Ma nħobbx li jkolli nissakkar ġewwa bilfors, mhux għax għażla tiegħi. Ma nħobbx li fil-17:00 diġà jkun dlam ċappa. Min jafni, jaf sewwa li normalment jiena persuna pożittiva kważi dejjem... imma x-xitwa tkiddni wisq."
Angela tkompli, "Jiena nħobb id-dawl, ix-xemx, il-baħar eċċ... Naf li hemm ħafna nies li jħobbu x-xitwa u għandhom kull dritt. Imma tant ieħor jiena għandi dritt ma nħobbux dan l-istaġun. Grazzi ħafna minn qalbi lil dawk kollha li għamlu kuntatt miegħi għax ħadu hsiebi... Naprezza ħafna... ħafna..."
Hi ttemm tgħid, "Imma nassigurakom li jiena ninsab tajba, u mhux imdejqa."
Facebook / Angela Coleiro