Fuq Facebook ftit ilu feġġ filmat ta' Ryan Fenech jitkellem fuq esperjenza li għadda minnha. Persuni mhux magħrufa li huma barranin attakkaw lill-ġenituri tiegħu. Il-filmat f'ħin qasir irnexxielu jdur Malta kollha u rawh aktar minn 200elf persuna. Dan il-filmat spiċċa biex ġie f'idejn il-pulizija fejn ser iressqu lil Ryan Fenech fuq kliem ta' mibegħda razzjali.

Ryan illum kiteb fuq il-profil tiegħu jirringrazzja lin-nies tas-solidarjetà li wrew miegħu. "Nixtieq niċċara illi l-intenzjoni tiegħi kienet illi nwassal messaġġ" jgħid Ryan. Ryan isostni li, "bħala Malti, niddefendi dak kollu li jagħmilna Maltin".

Taqbel mad-deċiżjoni tal-pulizija?


Anthony Baldacchino