Tamara Webb illum qed tiċċelebra għeluq snin l-għażiża ommha. Il-mara li mill-bidu nett kienet hemm għaliha biex bħal kull omm tigwidaha, tgħinha, trabbieha, u tagħmel minn kollox biex ma jkun jonqosha xejn.
Tamara fil-messaġġ sabiħ li ddedikat għal ommha, tgħidilha li bħala omm hi wkoll, illum il-ġurnata tapprezzaha immens dak kollu li għamlet magħhom meta kienet għadha tifla.
Tikteb, "Int għallimni nemmen fija nnifsi u l-aktar importanti ngħin lill-oħrajn." Għenitha tħares lejn id-dinja minn angolu sabiħ. Tamara tkompli, "Nixtieq biss li binti jkollha relazzjoni tajba miegħi bħal ma jien kelli miegħek Ma."
Awguri minn qalbna!