Claire Agius Ordway hija magħrufa ħafna bħala waħda mill-personaġġi li naraw fi programmi bħal Ilsien In-Nisa, Dak Li Jgħodd u Taste and Travel. Jekk forsi ssegwu l-paġna ta’ Facebook tagħha tindunaw kemm hi vera dedikata lejn is-saħħa fiżika tagħha. Però, meta jkollok familja bit-tfal u xogħol impenjattiv, mhix xi ħaġa faċli li tagħmel.

View this post on Instagram

A post shared by Claire Agius Ordway (@claireagiusordway) on

Fil-fatt, ħafna nies jistaqsu lil Claire għalfejn titrenja ħafna u hi dedikata daqshekk. Hi tgħid li diment Alla jibqa’ jitha s-saħħa, se tibqa’ titrenja - wara kollox tippreferi tmur sal-gym milli toħroġ! Kulħadd għandu tiegħu - min iħobb jintefa’ jaqra ktieb, jara xi film, jew imur fil-kampanja. Imma għal Claire il-ħaġa li dejjem tkun looking forward għaliha hi li tagħmel workout.

View this post on Instagram

A post shared by Claire Agius Ordway (@claireagiusordway) on

Għalkemm tammetti li għal bidu li bdiet titrenja mhux dejjem kienet tieħu gost, hi tgħid li l-fatt li tħoss l-iskumdità jsaħħaħ il-karattru tagħha. U issa kważi kważi saret tħobb dik il-feeling ta’ uġigħ wara xi workout! Din hi xi ħaġa li nifhima fuqha lil Claire żgur, għax nhar ta’ Ħadd dejjem immur bejn tliet u ħames siegħat trekking… u l-uġigħ li nqum bih l-għada vera nkun kburija bih.

Imma l-iżjed ħaġa li laqtitni hi meta Claire qalet “Nittama li qed nagħti eżempju tajjeb lit-tfal tiegħi, biex ifittxu dik il-‘high’ naturali u biex dejjem jistabbilixxu targets li jkunu looking forward għalihom.” L-iżjed mod kif jitgħallmu t-tfal huwa billi josservaw lil ħaddieħor u jagħmlu bħalu… u b’hekk ninsab ċerta mija fil-mija li l-eżempju tajjeb qed jieħduh żgur it-tfal tiegħek Claire. Grazzi talli tkun ta’ ispirazzjoni kbira!

Facebook/Claire Agius Ordway


Nicole Barbara