L-Arċisqof Mons. Charles J Scicluna kien wieħed mill-aktar fost dawk li ħassew in-nuqqas ta' ċelebrazzjonijiet reliġjużi bħala poplu. Inħass b'mod speċjali fil-festi tal-Għid, u Mons. Sciclune anke kien esprima l-weġgħa dwar dan.

Fuq il-paġna tal-Arċidjoċesi ġew ippubblikati l-kummenti ta' Mons Charles J Scicluna fil-jum tal-ftuħ mill-ġdid tal-knejjes.

""F’dan il-jum tal-Ħadd, fejn issa għandna l-permess tal-awtoritajiet tas-saħħa li nerġgħu niltaqgħu fil-knejjes tagħna bil-protokolli miftehmin, irridu nirringrazzjaw lil Alla u l-ewwel nett nitolbuh biex ma nerġgħux niġu fil-mument li jkollna niċċaħdu mill-Ewkaristija flimkien, iżda nħarsu ’l quddiem u nitolbu għas-saħħa ta’ pajjiżna biex ma niċċaħħdux minn xulxin u mill-grazzja u d-don tal-Ewkaristija"


Kyle Zarb