Waqt il-programm tiegħu This or That, Arthur iddiskuta ma' Ian u Angele dwar l-idea li l-lingwa Maltija tkun inkluża fil-kanzunetta li tirrappreżentana, u jekk għandniex insemmgħuha iżjed. 

Ian jibda billi jgħid li l-kanzunetti bil-Malti huma għal qalbu u jgħoġbuh immens. Il-messaġġ hu xi ħaġa li jispikka f'dawn il-kanzunetti. Madanakollu fil-każ ta' festival lħoss li minkejja l-ħoss tal-ilsien Malti huwa wieħed sabiħ, hi ideali li tibqa' bl-Ingliż il-kanzunetta Maltija. Kemm-il darba morna tajjeb bil-lingwa Ingliża minkejja li ma rbaħniex.

Il-preżentatur Arthur jgħid li mill-aspett kompetitittiv, jemmen li l-lingwa Ingliża għandha tintuża. "Jekk l-intenzjoni unika hi li nirbħu dan il-festival għandna mmorru bl-Ingliż, għax sfortunatament nemmen li l-lingwa Maltija tillimitana mingħajr ma nkun qed nonqos mir-rispett lejn il-lingwa li tant inħobb." Mill-aspett ta' esebizzjoni tal-kultura Maltija fil-Eurovision, hemm Arthur iżid li l-lingwa Maltija għandha tkun ikkunsidrata, mingħajr l-unika intenzjoni li Malta tirbaħ. 

Min-naħa l-oħra Angele tgħid li jista' jkun hemm kompromess f'din il-ħaġa. Temmen li hu veru li l-Maltin irid li jirbħuh il-Eurovision xi darba, u bl-istess qawwa jħobbu l-lingwa Maltija. "Jiena nemmen li nistgħu insibu kompromess bejn il-lingwa Maltija u lingwa Ingliża." Issemmi l-eżempju ta' Desire ta' Claudette Pace, li rrappreżentatna fl-2000, li "kellha taħlita perfetta". F'Desire kellha tliet linji bil-Malti li tant niżlu tajjeb mas-segwaċi kollha madwar l-Ewropa.

Angele temmen li l-ikbar riklam għall-pajjiż hu li jirnexxielu jirbaħ il-festival. Madanakollu, tisħaq li Malta m'għandhiex għalfejn toqgħod lura milli turi l-lingwa Maltija. Angele, Arthur u Ian jaqblu li l-lingwa Maltija hi interessanti, u kapaċi tkun interessanti u tqanqal kurżita lill-barranin meta jisimgħuha f'kanzunetta.

Int x'taħseb dwar dan li ntqal? Taqbel?


Kyle Zarb