F'waħda mill-mistoqsijiet li saret lill-Professur Charmaine Gauci mill-qarrejja tat-Times of Malta fir-rokna AskCharmaine kienet dwar l-ilbies tal-maskri fuq il-bajjiet tagħna. Dak li jkun qed jinżel jgħum bla maskra, imma jista' jiġu mmultat jekk ikun ħiereġ mill-baħar?

Il-Professur Gauci ma' Times of Malta tirrispondi, "F'termini ta' leġislazzjoni kurrenti, kull persuna għandha, barra r-residenza tagħha, kemm meta tmur f'post fuq ġewwa kif ukoll barra, tilbes maskra b'mod xieraq li tkopri l-imnieħer, il-ħalq u l-geddum tal-persuna. Dan japplika wkoll għall-bajjiet. Għalhekk, persuna teħtieġ li tilbes maskra kemm jista' jkun malajr u dejjem iżżomm distanza ta' mill-inqas żewġ metri minn persuni oħra."

Il-Professur Gauci tkompli tispjega, "Ir-regola attwali ta' massimu ta' żewġ persuni li jinġabru tapplika wkoll għall-bajjiet. L-użu ta' maskri tal-wiċċ jgħin biex titnaqqas il-firxa ta' infezzjoni fil-komunità billi tillimita t-tixrid ta' infezzjoni minn individwi infettati li jistgħu ma jkunux jafu li huma infettati, li għadhom ma żviluppawx sintomi jew li jibqgħu mingħajr sintomi. L-ilbies tal-maskri, għalhekk, itejjeb l-effetti tad-distanza fiżika."

Ara aktar x'wieġbet il-Professur Gauci mal-istess sit billi tidħol HAWN.


Emil Calleja Bayliss