Gwen Spiteri għandha l-qtates għal qalbha ħafna, u tqatta’ sigħat kuljum tieħu ħsieb dawk li salvat mit-triq. Minkejja li tagħmel b’dan b’sens ta’ karità lejn dawn il-ħlejjaq innoċenti, xorta kollox jiswa’ l-flus. “qiegħda nerġa’ indur fuqkom, nista’ nqatta’ ġranet naqbad il-qtates mit-triq imma ma nistax inlaħħaq mal-kontijiet tal-vet, ikel, u litter” kitbet Gwen.

l-aħħar qattusa li salvat Gwen kienet Aurora, u damet erbat ijiem tipprova taqbadha. Lil Aurora kellha toħodha għand il-vet minħabba xi kumplikazzjonijiet li kellha biex timxi.

Tista’ tgħin lil Gwen billi tagħfas HAWN.


Nicole Zammit