Kull min isegwi X Factor jaf li Julia Balzan tifforma parti mid-duo Bloodline, fejn hi tkanta flimkien ma’ Samira Cauchi. Illum hija ġurnata speċjali doppja għal Julia, għax apparti li llejla se jkun hemm Live Show oħra, huwa ukoll għeluq snin ommha!

View this post on Instagram

A post shared by Julia Balzan (@jubillie__) on

Fuq il-profil ta’ Facebook tagħha, Julia kitbet messaġġ ħelu lil ommha Moira: “L-isbaħ xewqat bla dubju jmorru għall-ikbar fan tiegħi, il-mummy.”

Kompliet il-messaġġ billi tirringrazjaha ta’ dak kollu li tagħmel: “Grazzi talli dejjem issapportjajt id-deċiżjonijiet tiegħi, tad-daħk kollu, tal-pariri li tagħti u talli inti l-aqwa omm u l-aqwa ħabiba. Nispera li nagħmlek kburija llejla.”

View this post on Instagram

A post shared by Julia Balzan (@jubillie__) on

Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Moira l-isbaħ xewqat. Żgur li l-isbaħ rigal se jkun li tara lil bintek b’performance oħra llejla!

Facebook/Julia Balzan


Nicole Barbara