Il-kantanta Cherylis, gradwat għat-tielet darba f'sitt snin u ommha qasmet ritratt tassew ħelu f'jum il-gradwazzjoni tagħha. "Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi jgħidu! U hekk hu għax illum ninsab hawn niċċelebra t-tielet gradwazzjoni tiegħi f'sitt snin, wara dawk l-ostakli kollha... mhux ċajta... u baqa iktar!", tgħid Cherylis.

Ritratt: Facebook / Cherylis

"Illum il-gradwazzjoni tal-Masters. Nirringrazzja minn qalbi lil dawk kollha li b'xi mod intqajt magħhom tul dan il-vjaħħ, jekk tajjeb, jekk ħażin mingħandkom kollha, xi ħaġa tgħallimt."

Tispiċċa l-messaġġ tagħha bl-isbaħ mod possibli: "Ma nistax ninsa dik il-vuċi ħelwa tidwi ta' nannti li għalkemm m'għadhiex magħna dejjem kont u għadni nisma' leħinha jidwi tinkuraġġini biex ma naqta' qalbi qatt... Għalhekk din għalik Nann."

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Cherylis ta' dan is-suċċess u nawgurawlha f'dak kollu li għandha pjanat, jidher li qed tippjana li tkompli tistudja. It-tagħlim hu sabiħ u taf kemm taf qatt mhu biżżejjed.


Emil Calleja Bayliss