Ilbieraħ Gwida.mt rċieva xi ritratti ta’ soru li deret qed tirrilassa f’wiċċ l-ilma f’Tas-Sliema imma kien hemm min ma setax jifhem x’kienet qed tagħmel. Issa dawn ir-ritratti għandhom spjegazzjoni.
Dawn kellhom x’jaqsmu mad-dramm ‘L-Għarusa’ ta’ Ġużè Diacono li ser jittella’ f’Ottubru li ġej minn Teatru Malta f’ko-produzzjoni ma’ Heritage Malta, fl-Armerija l-Birgu. “Dan id-dramm mistiku jiffoka fuq it-turmenti mentali u emottivi ta’ Sor Wistina li daħlet soru wara li rat lill-maħbub tagħha jegħreq u jmut traġikament, b’għajnejha stess. It-trawma ta’ dan wasslitha biex titlef ir-raġuni tar-realtà, u qarrqet lilha nnifisha fejn bdiet tħawwad il-maħbub mejjet tagħha ma’ Ġesù Kristu nnifsu, iżda Wistina se ċċedi għall-passjonijiet tagħha? Għandna att wieħed biex niskopru dan”, ġie miktub fuq il-paġna ta’ Teatru Malta.
Il-kast ta’ dan id-dramm jinkludu lil Marceline Galea, Jacob Piccinino, Moira Muscat u Charlotte Formosa.
Tajjeb li ngħidu dawk ir-ritratti ntbaghtu lilna mit-tim ta' Teatru Malta li ħa jkunu qed itellgħu din il-produzzjoni sabiex iqanqlu kurżita dwar dak li ġej.