Tazza tal-kafè tajba hija essenzjali għal ħafna, speċjalment kif tiftaħ għajnejk l-ewwel xogħol filgħodu. Ir-raġuni wara dan kollu hi li l-kafè jżidlek l-enerġija, jgħinek taħraq ix-xaħam, inaqqas ir-riskju ta' mard u ċerti studji juru wkoll li taf jgħinek tgħix aktar.
Tħobb kif tħobb il-kafè, ċerti li dejjem ħa tfittxu kafè ta' kwalità għolja, b'aromi sublimi. F'Malta għandna xelta vasta ta' kafè minn fejn tagħżel u dan l-aħħar ix-xelta kompliet tikber, dan għaliex f'Malta daħal il-Caffè Buongiorno.
Kafè li jmur lura għas-snin ħamsin, kafè aktar tradizzjonali, magħmul bl-imħabba u għandu fil-fulkru tiegħu l-familja. Dan il-kafè Taljan jipproduċi prodotti tal-kafè ta’ kwalità għolja u b’aroma sublimi li tista' tgħid hu favorit mad-dilettanti tal-kafè.
Imma probabbli qed tistaqsu x'hemm speċjali f'dan il-kafè u x'inhu s-sigriet wara dan is-suċċess? Ir-risposta hija waħda sempliċi. Dan il-kafè huwa ppreparat b'mod artiġjanali, bl-użu ta' qmuħ differenti minn diversi reġjuni li jagħtuh togħma unika u ta' kwalità mill-aqwa. Is-sigriet wara dan il-kafè artiġjanali huwa l-attenzjoni mogħtija għad-dettall li jagħti l-aħjar riżultat finali.
Caffè Buongiorno daħal fis-suq fix-xhur li għaddew u tajjeb li tkun taf li int tista' ssib firxa estensiva ta' prodotti, minn kafeni għal kafè mitħun għal pods u kapsuli għal kwalunkwe magna tal-kafè fis-suq.
Minbarra l-kafè tas-soltu tiegħek, il-marka toffri wkoll togħmiet ġodda bħat-te tal-lumi, xgħir, ġellewż u ġinseng! Huma wkoll f'forom differenti u huma disponibbli f'forma ta' kapsuli kompatibbli ma' kwalunkwe magna tal-kafè.