Therese Anne, jew bl-isem Malti pur Tereża Anna, ilbieraħ organizzat daqsxejn ta' festin fejn fih kellha ċ-ċans li tiltaqa' mas-segwaċi tagħha u tiċċelebra magħhom. Tul dawn l-aħħar ġimgħat u xhur, il-popolarità tagħha fuq il-mezzi soċjali żdiedet ferm u ħafna kellhom ix-xewqa li jiltaqgħu magħha.

B'għeluq sninha wara l-bieb, iddeċidiet li jkun ideali li tgħaqqad dawn iż-żewġ avvenimenti flimkien. Ftit tal-minuti ilu tellgħat ritratt minn dan il-festin, "Nisa jissapportjaw lin-nisa. Nisa ta' vera. Dik hi l-influwenza. Sirna ħbieb u dak hu social media. Grazzi nisa sbieħ."

Ħafna drabi l-midja soċjali tispiċċa taħt attakk minħabba l-mod kif din tiġi użata iżda meta wieħed jużaha sew, jista' jagħmel ħbieb u jsir jaf tant u tant nies ġodda. Kollox fih tiegħu, imma sabiħ li tara nies jingħaqdu.

Minħabba l-pandemija tlifna ħafna l-kuntatt fiżiku minn ma' diversi nies u issa li l-affarijiet mexjin għan-normal, ilkoll qed ikollna dan iċ-ċans uniku li ngawdu dak li l-bniedem kważi tista' tgħid li jgħix għalih. L-interazzjoni umana hi xi ħaġa speċjali wisq u l-karattru ta' Tereża juri dan. Il-filmati tagħha dejjem inisslu tbissima fuq wiċċ dak li jkun.


Emil Calleja Bayliss