Gabbana għall-qalb bosta Ħamruniżi u Maltin inqerdet kompletament kawża ta’ nirien li ħakmuha ftit tal-ħin ilu għal ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija. Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li fortunatament ma weġġa’ ħadd hekk kif il-ħaddiema kollha li kienu preżenti fil-ħin tan-nar kollha evakwaw il-post b’wiċċ il-ġid. Il-pulizija kienu l-ewwel li kkontrollaw in-nirien sa xħin fuq il-post waslu wkoll il-pumpiera li tfew in-nar.

Fuq il-profil tagħha fuq Facebook, Terry Muscat magħrufa minn bosta bħala z-zija TT xandret ukoll xi ritratti minn fuq il-post fejn bosta min-nies fil-kummenti urew id-dispjaċir tagħhom għal dak li ġara.


Charlton Cefai