Jekk inti omm u għandek it-tfal żgħar, żgur li ġieli għamilt xi praspura! Lorinda staqsiet lill-ommijiet oħra biex jaqsmu magħha xi esperjenzi tad-daħk li ġieli ġralhom.
Lorinda kellha diversi tweġibiet minn diversi ommijiet, li mbagħad qasmithom mas-segwaċi tagħha. Jekk taqrahom żgur li se jnisslulek tbissima! Probbabilment tista’ wkoll tirrelata magħhom!
Għalkemm wara li ngħaddu minn sitwazzjonijiet simili bħal dawn nidħqu, ġeneralment dak il-ħin ma nidħqux! Nidħqu meta l-ġrajja tispiċċa bi tmiem feliċi.
Iżda għal min isegwi l-profil ta’ Lorinda, abirdwithafrenchfry, jaf kemm din l-omm hija mara pożittiva. Din il-mara tipprova tara l-pożittiv f’kollox u f’kulħadd. Is-segwaċi tagħha jafu kemm m’għandhiex ħajja faċli iżda din xorta tibqa’ tħares lejn il-ħajja minn lenti pożittiva. Apparti minn hekk, hija tgħin lis-segwaċi tagħha jħarsu lejn l-aspett pożittiv tal-ħajja.
Lorinda tgħid li din mhux dejjem tkun xi ħaġa faċli. Anzi, għal bidu kienet issibha diffiċli. Imma għaliha huwa importanti ħafna li tal-anqas tipprova tħares lejn in-naħa l-pożittiva ta’ kull sitwazzjoni. Tikteb li ġie ppruvat xjentifikament li meta wieħed iħares lejn it-tazza nofsha mimlija minflok nofsha vojtha, jista’ jibdel il-mod ta’ kif il-moħħ jaħseb!
It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jirringrazzja lil Lorinda tal-pożittività kontinwa li taqsam mas-segwaċi tagħha. Din il-mara turina li jiġri x’jiġri f’ħajjitna dejjem hemm lok għal aspett pożittiv!
Instagram / @abirdwithafrenchfry_