Fir-rokna tal-programm TVAM ‘in-nies jistaqsu lil Josephine’, segwaċi staqsietha x’għandha tagħmel għax it-tfal ma jitkellmux bejniethom. Ir-risposta ta’ Josephine kienet li tagħmel ikla, imqar xi ħaġa żgħira, u tistieden lill-aħwa kollha. Meta ser ikun jibda’ xi battibekk, tajjeb li noqogħdu bilqiegħda u kulħadd jinsa’ l-passat u jiffoka fuq il-preżent. Peress li l-programm sar aktar kmieni din il-ġimgħa qabel jum l-omm, qalet li dan il-parir jiswa’ wkoll għal min kellu xi jgħid m’ommu, u l-omm għandha tisma’ dejjem lit-tfal tagħha. “Tkomplix titfa’ l-ħatab fuq in-nar” temmet tgħid.


Nicole Zammit