Il-mużiċist Sean Meachen mill-grupp The Busker ilbieraħ iċċelebra għeluq sninu. Jum speċjali fejn kellu ċ-ċans japprezza iżjed is-sabiħ li toffri l-ħajja, is-suċċessi li kiseb u l-għanijiet li fadallu.

Lil Sean rajnieh jirrappreżenta lil Malta f'Mejju li għadda flimkien ma' sħabu David Jr u Jean Paul minn The Busker bil-kanzunetta Dance (Our Own Party). Is-29 sena tiegħu kienet waħda li żgur mhux ser jinsa. 

Hu jikteb dwar il-jum tat-tieġ, li jinsab aktar viċin issa! "Fl-aħħarnett, ninsab sena eqreb sabiex niżżewweġ lill-imħabba ta’ ħajti u l-akbar appoġġ tiegħi Paula Cauchi. Li nissejjaħ Sur Cauchi Meachen, u li naqsam il-bqija ta' ħajti ma' familja ġdida estiża u sabiħa hi tassew iċ-ċirasa fuq il-kejk."

Awguri minn qalbna Sean!

Facebook/ Sean Meachen


Kyle Zarb