F'nofs baħar ta' kritika u kummenti xejn mill-isbaħ, il-kantant Karl Schembri ħalla status fuq il-midja soċjali tiegħu fejn fetaħ qalbu dwar dak kollu li għaddej minnu tul dan il-vjaġġ ta' X Factor Malta! Karl għadu fil-kompetizzjoni u donnu li għalkemm il-ġurija ma għaddewlux kummenti sbieħ, in-nies qed japprezzaw it-talent tiegħu u għat-tieni ġimgħa konsekuttiva ma sabx ruħu mal-aħħar tlieta! 

"Ninsab qalbi maqsuma nikteb dan il-post imma stajtx ma nagħmilx dan. Ili ma norqod tajjeb għal ġranet sħaħ, bkejt għal jiem twal. Nara kummenti ta' nies li jgħidu li għandi attitudni ħażina u nemmen li kibret. Il-vjaġġ li nikteb dan kollu qatt ma kien ħa jkun faċli imma n-nies qatt ma jafu minn xiex tkun għaddej f'dak il-perjodu ta' ż-żmien."

"In-nies jiġġudikaw malajr wisq, jiġġudikaw dak li jaraw, jiġġudikaw lil xi ħadd li ma jafux. Jiena Karl Schembri dak it-tifel żgħir li dejjem kont, tifel bil-ħolma li jmur postijiet bil-vuċi tiegħu, jien dak it-tifel li joħlom li jagħmel lil Malta kburija. Jiena dik il-persuna li għandha qalbha tad-deheb u li hija edukata sew imma m’iniex dak li tara għal 2 minuti fuq it-televiżjoni tiegħek jew dak li l-media trid li nkun. Jiena b'saħħti u hu għalhekk li jien nikteb dan il-messaġġ."

Karl b'messaġġ imqanqal u mill-qalb dwar dak kollu li qed jesperjenza! Aħna f'isem Gwida.mt minn qalbna nawguraw lil Karl kull suċċess f'din l-avventura! Il-fatt li wasal s'hawn żgur li għamel isem sabiħ lilu nnifsu! L-avventura għalih tkompli l-Ħadd li ġej fejn il-vot tagħkom jista' jgħinu jkompli dan il-vjaġġ!

Kultant wieħed għandu jirrifletti... kelma inqas aħjar minn kelma żejda u jekk wieħed ma għandu xejn sabiħ xi jgħid, aħjar ma jgħid xejn milli jweġġa' bi kliemu lil ħaddieħor! Xi ħaġa li mhux Karl biss qal imma ħarġet minn fomm parteċipanti oħra f'X Factor Malta din is-sena!

Facebook / Karl Schembri


Emil Calleja Bayliss