Quinton ilbieraħ qasam l-aħbar li hu ħa jkun qed jirritorna bil-programm Popolin. Hu qal, "Ninsab ħerqan biex fi ftit tal-ġimgħat oħra nerġa nibda nippreżenta Popolin – Il-Programm tan-Nies! Fl-ewwel staġun tiegħu Popolin kiseb popolarita’ kbira u ħafna kienu dawk li kienu jipparteċipaw u jiddiskutu magħna."

Hu jkompli jgħid, "Il-programm dejjem iddiskuta suġġetti tan-nies mingħajr kantunieri u hekk ser nerġgħu nagħmlu. B’tim formidabbli ser nerġgħu nkunu magħkom kull nhar ta’ Erbgħa, wara l-Aħbarijiet fuq TVM. Niltaqgħu mill-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru."

Awguri Quinton, ninsabu ħerqana biex nisimgħu aktar stejjer u intervisti interessanti. Dejjem inkomplu niskopru dwar l-esperjenzi tan-nies li hawn madwarna. 

The Foto Grafer - Facebook / Quinton Scerri 


Emil Calleja Bayliss