It-tim wara s-sensiela l-ġdida Nostalġija ssorprenda lil kulħadd bi tħabbira li ħa tagħmel ir-ritorn tagħha għal fuq it-televiżjoni Ninette Micallef. It-tim kiteb, "Min qatt ma ra lil Ninette xi darba f’ħajtu? Fuq il-palk jew fuq it-televiżjoni hi attriċi bravissima li m’għanda bżonn ebda ntroduzzjoni. Il-ħila tagħha fir-reċtar hija bla limiti. Fil-parti ta’ Rita, oħt il-kappillan, narawha f’karattri differenti waqt ċirkustanzi differenti."

Ninsabu lkoll ħerqana biex naraw il-bidu ta' din id-drama li jidher li għandha fost l-ifjen atturi fix-xena lokali u ninsabu ċerti li ħa jkunu qed jagħmlu l-aħjar tagħhom sabiex ir-riżultat finali ikun wieħed eċċelenti. Infrakkrukom li din id-drama tibda mill-iskeda li ġejja, proprju fuq TVM fid-29 ta' Marzu li ġej. Ninsabu kważi xahar 'il bogħod.

Facebook / Mela Hawn Xi Manikomju?


Emil Calleja Bayliss