Iċ-ċkejkena Nina, bint Christine Haber illum qed tiċċelebra għeluq sninha; 6 snin. Twieldet f'familja marbuta mal-palk u t-televiżjoni; bir-raġun. Nannitha Eileen Montesin żgur li lkoll nafuha u Christine mhux inqas.

Din l-istilla ċkejkna diġà hija residenti fuq il-programm Family Affair mal-familja tagħha u anke tkanta xi siltiet fil-programm. Titħarreġ ma' Stage Coach u l-kantant Freddie Portelli kiteb kanzunetta ddedikata għaliha għaliex jiggustaha.

F'post li tellgħet ommha Christine saħqet li Nina żżommhom fuq ponot subgħajhom u timmeraviljahom kuljum bil-kumplimenti u t-tweġibiet intelliġenti tagħha. Għamlitilhom id-dinja kompluta. Isejħilha Ms. Independent għaliex hija matura għall-età tagħha u fuq ruħha! Awguri Nina.

Ritratt: Facebook/ Christine Haber


Clifford Galea