David Muscat f'Lulju li għadda ħabbar produzzjoni ġdida għas-sajf, li bdew jipparteċipaw fiha 16-il kontestant - Nilagħbu Bis-7 Noti.
Il-produzzjoni hi kwiżż relatat mal-mużika, u għaldaqstant dawk kollha li jħobbu l-mużika jew li għandhom għarfien tajjeb fuq il-mużika, żgur li qed jinteressahom. Bħalissa waslu fil-fażi tas-semifinali, wara li nqalgħu 8 parteċipanti, u jonqos 8.
Fit-30 ta Settembru jkun hemm rebbieh wieħed minn erba' finalisti, li jista' jirbaħ Mini Cruise.
Il-programm leġġer qed isir nhar ta' Tnejn bejn is-19:00 u t-20:30. Il-produzzjoni hi ta' David Muscat stess u se jkun qed jippreżenta flimkien ma' Ray Grech. Etienne Micallef huwa l-kwiżż master.
Qed issegwi?! Min jaf forsi f'edizzjoni oħra jkun imiss lilek tittanta xortik u tipparteċipa wkoll!