Il-Festi huma għal qalb ħafna tal-Maltin! Hija xi ħaġa fil-kultura tagħna li nżommu ma’ xi każin jew ieħor. Għamilna ftit ta’ stħarriġ żgħir u bqajna sorpriżi bir-riżultat! Jidher li f’Malta nsibu diversi personalitajiet minn Ħaż-Żabbar! Quinton Scerri, Sander Agius tad-Danusan, l-aħwa Demicoli, Joseph Cetchuti, Mike Spiteri… Il-lista hija naqa twila! Imma dawn akkaniti tal-festa?

F’Ħaż-Żabbar hemm żewġ każini.

  • L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D.1883, fejn il-kulur uffiċjali tal-Għaqda huwa l-kulur aħdar. (Tal-Bajda)
  • Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883, fejn il-kulur uffiċjali huwa l-Blu. (Tal-Baqra)

Il-personalitajiet li semmejna huma wkoll akkaniti tal-festa u aħna ta’ Gwida.mt ser nixkfu ma’ min dawn iżommu!

Quinton Scerri

Għandek xi dubbju li mal-aħdar? Quinton biss biss huwa l-president tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel!

Ritratt Malcolm Schembri

Keith u Fabian Demicoli

Din kienet naqra tqila! Imma sorsi nfurmati qalulna li dawn it-tnejn huma mal-Blu! Keith dejjem issibu jippreżenta l-programm tal-festa u Fabian dejjem jaqbeż u jgħola mal-marċ!

Ritratt Andre Xuereb

ID-Dj Ryan Spiteri

Dan mal-ħodor! Lil Ryan ta’ kuljum ikun Ħaż-Żabbar waqt il-festa.

Ritratt Ryan Spiteri 

Soraya

"A pure Żabbarija qaltilna" u żomm mal-ħodor

Ritratt Soraya

Sander Agius tad-Danusan!

Sander mal-ħodor! Ta’ spiss jgħid ma min iżomm fuq il-Bonġu Bus! Sander għandu għal qalbu l-pelegrinaġġ bir-roti!

Joseph Cetchuti

Jekk tafu ma min iżomm għidulna! LIl Joseph Cetchuti fil-festa jdoqq mal-kor tal-knisja.

u Kevin Abela

Kevin huwa is-surmast tal-Brass House Unit u tal-Orkestra. L-istess sorsi qalulna li dan delettant ħafna u mal-ħodor!

Taf lil xi ħadd ieħor li nsejna niżlu u minn Ħaż-Żabbar? Iktbilna u nżiduh mal-lista. Il-Festa ta’ Ħaż-Żabbar ser tkun nhar il-Ħadd, 15 ta’ Settembru fejn hu mistenni li dawn il-personalitajiet jinġabru kollha fil-pjazza tar-raħal. Wara l-marċ tal-blu u tal-ħodor dejjem jiltaqgħu jieħdu xarba flimkien!

Aħna minn qalbna nawguraw il-festa t-tajba liż-Żabbarin kollha!

Keith / Fabian / Sander / Quinton / Facebook


Anthony Baldacchino