Anna Vella kitbet fuq il-paġna tagħha biex tispjega kemm għandha xogħol x’tagħmel biex tieħu ħsieb il-qtates iżda wkoll turina kemm hi grata għad-donazzjonijiet kollha li tirċievi. Dawn id-donazzjonijiet jgħinuha titma l-qtates u anke tħallsilhom meta jkollhom bżonn imorru għand il-vet.

Hi kitbet, “Wara d-dar tal-qtates, imiss xogħol ieħor għall-anġli. Niftaħ u nissepara rċevuti minn dawk lesti miktuba għal li le. Dawn kollha u għadu ma spiċċax ix-xaħar. Grazzi ħbieb. Infakkarkom, kemm jista’ jkun, fl-ewwel t’Ottubru ibagħtuhom jekk jogħġobkom. Eħilsu minnhom ħalli ttuna ċans nibgħatu kollox.”

Hi spjegat li l-irċevuti kollha li tirċievi ttellahom fuq il-paġna ‘VAT Receipts Collection – Anna Vella For Strays’.

Id-donazzjonijiet kollha jmorru biex Anna Vella titma u tieħu ħsieb ‘l fuq minn 200 qattus.

Facebook / Anna Vella


Gabriella Borg