Il-kantant popolari Ingliż Lewis Capaldi se jkun qed jivjaġġa lejn pajjiżna sabiex nhar is-Sibt tnejn ta’ Lulju jkanta waqt kunċert li se jsir fuq il-Fosos tal-Furjana. Dan se jkun l-ewwel xow li qatt għamel Capaldi f’Malta.

Qabel ma jagħmel din iż-żjara tiegħu f’Malta Capaldi għadda messaġġ lilna l-Maltin fejn qal li jinsab verament ħerqan sabiex jiġi Malta u jkanta quddiem il-folla kbira fuq il-Fosos u qal li jieħu gost jekk jara lilna l-Maltin kollha hemmhekk dan is-sajf.

Lanqas hemm dubju li ħafna Maltin se jerħulha għal fuq il-Fosos tal-Furjana fit-tnejn ta’ Lulju sabiex jisimgħu il-vuċi grandjuża ta’ Lewis Capaldi u jisimgħu wkoll tnejn mill-aktar diski popolari tiegħu, Before You Go u Someone You Loved.


Henzley  Bezzina