Dr. Nicolette Busuttil aktar ma jmur aktar qed tkompli tikber u timraħ lil hinn minn xtutna iżda lil pajjiżna tħobbu mmens u tapprezza li kompetizzjoni kbira bħal Miss Malta. Huma fdawha din is-sena biex toħloq malja speċjali għalihom biex jilbsu l-mudelli kollha li kienu qed jikkompetu biex jirbħu dan it-titlu prestiġjuż.

Ritratti: Picturesque

Lumija ħarġu b’disinn mill-isbaħ li jixraq lil kull tip ta’ figura u xhieda ta’ dan huma l-mudelli ta’ Miss Malta. Il-malja one piece kellha disinn qisu corset biex jdahhal il- qghadd. Kienet il-malja uffiċjali li kkompetew biha l-mudelli waqt il-parti fejn il-mudelli joħorġu fuq il-catwalk bil-malji tal-għawm. Il-mudelli ovvjament ma kienux kollha tal-istess qies u tal-istess tul, iżda kollha li huma dehru puliti fil-malja ta’ Lumija Swimwear.

Ritratti: Go Raw Photography

L-ispettaklu mtella’ waqt is-serata ta’ Miss Malta minn Lumija kien spettaklu li jiċċelebra d-diversità, inklussività filwaqt li jikkumplimenta l-figuri differenti ta’ kull min irid jilbes il-malji ta’ Lumija. Infatti barra t-tliet malji ġodda tan-nisa, Lumija ħarġu wkoll tliet malji ġodda tal-irġiel inkluż kaftans li ġew spirata mil-lavur Malti.

Ritratti: Go Raw Photography

Is-sena li għaddiet, Lumija kienu parti mill-Miami Swim Week u l-mużika flimkien mal-korjografija tal-ispettaklu ta’ Miss Malta kienu spirati proprju minn hemm. L-idea wara dan l-ispettaklu kienet li tinkiser l-istigma ta’ kif għandha tidher mudella li qed tirriklama l-malji fuq il-passarella.

Ritratt: Picturesque

L-ispettaklu tagħha inkluda numru ta’ żeffiena u dan ma kienx biss biex jagħmel l-ispettaklu ta’ Lumija wieħed uniku u differenti minn dawk li naraw is-soltu f’xi spettaklu tal-moda, iżda wkoll biex turi kemm il-malji ta’ Lumija joffru sapport lil dak li jilbsuhom. Kemm huma differenti minn prodotti oħra li hawn fis-suq!!

Filmat: Luke Magro

Żgur li dawk li provaw il-malji ta’ Lumija jafu kemm dan il-kliem hu minnu. Xhieda ta’ dan huma l-klijenti li jirritornaw minn sajf għal sajf sabiex ikomplu jkabbru l-kollezzjoni ta’ malji tagħhom.


Emil Calleja Bayliss