L-attriċi Irlandiża Nicola Coughlan magħrufa mis-serje Bridgerton, kellha kummenti pożittivi għal parti mit-tradizzjoni Maltija, il-ħobż Malti! Fil-fatt hi tgħid li l-ħobż ta' Malta għaliha hu l-aqwa ħobż minn madwar id-dinja.

Coughlan kienet mistiedna waqt il-programm Off Menu fejn kellha tagħżel u ssemmi l-ikla li minn dejjem xtaqet tipprova. L-attriċi tkun pronta tagħżel il-ħobża Maltija. Fil-fatt skontha hi tħobb tipprova kull tip ta' ħobż u għandha imħabba speċjali lejn din l-ikla. 

Skoprejna wkoll li Nicola fil-fatt pruvatha kemm-il darba l-ħobża Maltija meta kienet studenta Universitarja u ġiet f'pajjiżna tistudja għall-Erasmus. Tiddeskrivi l-mod kif issir il-ħobża Maltija, "qisha xi pizza forma ta' ġebla u ċatta ħafna u vera tqarmeċ", tgħid Nicola. Tqabbilha ma' Ciabatta u tgħid li l-ħobża Maltija kienu jixtruh hi u sħabha fl-għodwa wara xi lejla jiddevertu. Kien hemm furnar partikolari li kienu dejjem jixtruha mingħandu.

U hekk nistgħu ngħidu, li l-ħobża Maltija waslet l-Irlanda wkoll! Unur kbir għal Malta!


Kyle Zarb