Nicholas jirrakonta l-istorja tiegħu fil-filmat li ħareġ fuq il-midja soċjali jippromovi l-programm HazZard li ħa jibda fl-istaġun li jmiss. Lil Nicholas, il-qarrejja ta' Gwida.mt forsi jiftakruh minħabba li konna ġibna l-anniversarju l-istorja tiegħu u r-raġel tiegħu u fakkarna t-tieġ spettakolari li kellhom!

Nicholas jiddeskrivi l-esperjenza tat-tieġ u jsemmi fost l-oħrajn li kellhom waħda mill-itwal kaxxi f'tieġ lokali, 45 minuta kaxxa sinkronizzata mal-mużika apposta għal dan il-jum speċjali. Nicholas jissokta jgħid li probabbli t-tieġ tagħhom kien wieħed mill-ikbar li qatt saru f'pajjiżna u b'dak li jiddeskrivi u mir-ritratti li rajna fuq Gwida.mt, li tistgħu taraw hawn naħsbu li għandu raġun!.

Nicholas jistqarr li din l-avventura daħal għaliha għax dejjem xtaq jagħmel sfida simili avolja f'ħajtu qatt qabel ma' mar camping u dejjem għamel dak li jista' biex jevita dan! Jemmen li għandu x'joffri, hu jgħid li għandu karattru kalm imma kultant taf ikun nervuż wkoll! Ngħidu kif inhi għat-televiżjoni l-karattru tiegħu żgur li ħa jkun wieħed interessanti!

Ritratt: Facebook / HazZard

Hu jgħid li persuna li jimmissja ħafna hi n-nanna tiegħu li kienet taf il-karattru tiegħu ħafna. B'emozzjoni jgħid li xtaqha ħafna tkun miegħu fil-ġurnata speċjali tiegħu. Jgħid li dejjem kienet tkun tant kburija b'dak li jagħmel u ċertament li f'din l-avventura wkoll ħa tkun miegħu. F'isem Gwida.mt nawguraw lil Nicholas f'din l-avventura!

Facebook: Nicholas John Borg Bonaci


Emil Calleja Bayliss