Ilbieraħ esperjenzajna programm ieħor ta' MasterChef Malta fejn il-kompetituri kellhom żewġ sfidi. Jidher li kulħadd mar tajjeb fiż-żewġ sfidi li kellhom u fl-aħħar jidher li l-parteċipanti qed jifhmu li qegħdin tant u tant viċin tar-rebħ tat-titlu ta' din is-sena.
Fil-programm li rajna lbieraħ, ħadd mill-parteċipanti ma' mar id-dar. Iżda l-episodju wassal biex Nicholas jirbaħ il-programm tal-bieraħ u jgħaddi direttament għall-finali ta' MasterChef Malta filwaqt li Florina, Christina u Andrew jgħaddu għas-semifinali tal-istess programm.
It-tieni platt ta' Nicholas impressjona lill-ġurija, b'mod partikolari lil Chef Letizia li qalet li ċ-ċikkulatini li serva kienu tant tajbin, li lesta sservihom fir-restorant tagħha.
Facebook / Nicholas Bartolo