Kull sena, fl-1 ta' Ottubru jiġi ċċelebrat bħala il-Jum Dinji tal-Veġetarjani, ġurnata ddedikata biex tqajjem aktar għarfien fuq il-benefiċċji tas-saħħa, l-ambjent, u l-annimali permezz ta' dieta veġetarjana. Din il-ġurnata tistieden lin-nies minn madwar id-dinja biex jikkunsidraw li jnaqqsu jew jeliminaw il-laħam mill-ikel tagħhom u jikkunsidraw għażliet aktar sostenibbli.

Xi ħaġa li forsi ftit huma lesti li jagħmlu iżda tajjeb li tkun taf li d-dieta veġetarjana tista' tgħin fil-prevenzjoni ta' mard kroniku bħall-mard tal-qalb, id-dijabete u ċertu tipi ta' kanċer. Barra minn hekk, l-ikel veġetarjan jikkonsma inqas riżorsi u jnaqqas it-tniġġis ambjentali, speċjalment meta mqabbel mal-produzzjoni tal-laħam.

Hemm ħafna għażliet ta' ikel veġetarjan li huma delizzjużi, nutrittivi, u varjati. Din il-ġurnata hija opportunità biex nesploraw modi ġodda kif nieklu u nikkontribwixxu għal futur aktar sostenibbli.

Titħajjar tipprova dieta veġetarjana, mhux biss għal ġurnata, iżda bħala stil ta' ħajja?


Emil Calleja Bayliss