Għaddew 20 sena minn dak il-jum traġiku għal Kirsten u l-familja tagħha, Kirsten kienet tilfet lil ħuha ħabta u sabta u l-ġenituri tilfu lil binhom. Mhi qatt sitwazzjoni faċli, aktar u aktar meta sitwazzjoni bħal din tiġi għallarieda. Ħu Kirsten kien f'restorant lokali u waqt li kien qed jiekol fega.

Għalkemm minn dak iż-żmien, wieħed sar aktar infurmat ta' x'jista' jagħmel għax hawn aktar għarfien, tajjeb li nkomplu nżidu dan l-għarfien. Kirsten tgħidilna, li jekk l-istorja tagħha tkun kapaċi mqar isalva ħajja ta' persuna waħda hi ġa xi ħaġa kbira.

B'qalbha maqsuma qaltilna, "lil ħija ma nistax inġibu lura, imma forsi jekk naqsam din l-istorja nsalva ħajja ta' xi ħadd." Aħna f'isem Gwida.mt, insellmu l-memorja għażiża ta' ħu Kirsten.

Xi jiem ilu, ġibna l-istorja tal-persuna li ġie salvat minn Gordon Bonello, persuna li nzerta fortunat biżżejjed li kien hemm min jagħtih l-ewwel għajnuna. Hawn taħt wieħed jista' jsegwi filamt ta' x'jista' jagħmel jekk jiltaqa' ma' każ bħal dan.

Facebook / Refalo Kirsten


Emil Calleja Bayliss