Il-preżentatur Peter Caruana għadu kif ħabbar fuq il-profil tiegħu t-telfa tal-għażiż missieru. Hu xeħet l-aħħar ritratt tiegħu iżommlu jdejh, flimkien ma' messaġġ mill-qalb. 

"B'dispjaċir kbir inħabbar il-mewt ta' missier l-għażiż li ġrat fit-02.44 am. Grazzi Missier ta' dak kollu li għamilt għalina b'Imħabba u Dedikazzjoni ta' raġel verament tal-familja." Peter jikteb li issa missieru ngħaqad ma' dawk il-familjari li mietu qablu, u jitolbu biex jibqa' jħarsu. "Issa ngħaqadt mal-membri l-oħra tal-familja li telqu qablek. Ibqa' magħna... PAPSY... sakemm nerġgħu niltaqgħu."

Kondoljanzi mill-qalb lil Peter u lill-familja kollha. 


Kyle Zarb