New Zealand ħabbru sett ta’ proposti sabiex jonqos it-tipjip f’pajjiżhom. Dawn qed jimmiraw biex sas-sena 2025 ikun inqata’ t-tipjip f’New Zealand u b’hekk ikunu pajjiż ‘smoke-free’.

Waħda mill-proposti li tħabbru kienet li lil dawk in-nies li twieldu wara l-2004 ma jħalluhomx jixtru sigaretti. Proponew ukoll biex jgħollu l-eta legali ta’ meta wieħed jista’ jibda jpejjep u qiegħdin jikkunsidraw li jnaqqsu l-livell ta’ nikotina fis-sigaretti u anke jnaqqsu l-ammont ta’ postijiet li persuna tista’ tpejjep fihom.

Il-Ministru tas-Saħħa Dr Ayesha Verrall qalet li kull sena jmutu madwar 4500 persuna b’kawża tas-sigaretti f’New Zealand u għalhekk hemm bżonn li jħaffu l-proċess sabiex jilħqu l-mira tagħhom u jonqos drastikament l-użu tas-sigaretti.


Henzley  Bezzina