Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, s-surmast Lelio Spiteri qasam ħsieb rigward film li bħalissa qiegħed verament jiżdied fil-poplarita.
Hu qal, “Jien il-film 'Conclave' rajtu. Ma tantx jien bniedem li noqgħod bilqiegħda għal ħin twil. Imma dan il-film irnexxielu jżommni attent fuq pultruna għal sagħtejn sħaħ. Intriċċi, bsaten fir-roti, kalunji, inganni fuq naħa u paċenzja, qtigħ ta' qalb, persważjoni, fidi fuq naħa oħra, bil-miżien ixaqleb 'l hemm jew 'l hawn il-ħin kollu. Il-kontenut jista' jkun fittizju daqskemm reali, imma juri biċ-ċar id-dinamika li sseħħ meta jissejjaħ konklavi, fejn l-uman jissielet mad-Divin biex jintiseġ pjan intriganti li kapaċi jseħħ fuq skrin kbir abjad daqskemm fil-verita'.”
Żied, “Kemm fih verita' l-film ma nafx għax qatt ma kont f'konklavi. Iżda lil hinn mill-ħsus u l-fantasija tad-direttur, nemmen li meta jintgħażel Papa, l-id umana hemm tkun, bilfors, iżda fl-aħħar huwa l-Ispirtu Qaddis li jkollu l-aħħar kelma.”
X’taħsbu intom?
Facebook/Lelio Spiteri