Dr Nicholas Briffa kiteb kelmtejn ta’ ispirazzjoni dwar l-imħaabba u kemm hi importanti fil-ħajja, tant li jispjega n-nuqqas tagħha bħala traġedja.

Hu spjega, “Nemmen li hemm biss żewġ traġedji li nistgħu nesperjenzaw fil-ħajja: li ngħixu l-ħajja mingħajr ma nħossuna maħbuba u li ngħixu l-ħajja mingħajr ma nesprimu mħabba u affezzjoni lejn dawk li jħobbuna. Hemm bżonn li nagħmlu aktar ħilitna biex inkunu ħbieb aħjar mal-ħbieb tagħna, biex nesprimu aktar l-affezzjoni tagħna, il-gratitudni tagħna u l-apprezzament tagħna. Irringrazzja lil dawk li jħobbuk talli għażlu li jħobbuk. Qatt tieħu l-imħabba tagħhom bħala dritt, jew bħala xi ħaġa dovuta lejk ta' bilfors. Agħti ħafna aktar kumplimenti. Għid grazzi kontinwament.”

Kliem sabiħ li jgħallimna kemm verament hi essenzjali l-imħabba fil-ħajja ta’ kuljum.

Facebook / Nicholas Briffa


Gabriella Borg