Howard flimkien mat-tlieta ġurija l-oħra ta' X Factor Malta kien fuq il-faċċata tar-rivista tagħna tax-xahar ta' Otturbu. Ma stajniex ma nsaqsuhx x'qed jistenna f'din is-sensiela ta' X Factor Malta li bdiet ftit tal-ġimgħat ilu.
Howard qalilna, "Qed nistenna żewġ affarijiet. Peress li l-premju mhuwiex marbut mal-Eurovision, se jkun miftuħ għall-barranin kif kien Malta’s Got Talent u b’hekk nistenna bosta barranin li jew jgħixu Malta jew jiġu lejn Malta għal X factor Malta."
Hu kompli jżid, "Onestament għadni nemmen li għal pajjiżna u għall-istazzjon nazzjonali kien pass tajjeb li kantant wara l-X Factor Malta jmur għall-Eurovision, però għall-X Factor u anke għal min jirbaħ, aħna l-ġurija, dejjem wissejna li dik ir-rabta setgħet tiġi evitata."
Fl-aħħar hu qal, "It-tieni, wara sena ta’ assenza minħabba l-pandemija qed nittama li l-kontestanti jiġu aktar ippreparati u jkollhom dak li hemm bżonn biex jirbħu €50,000. Nistenna wkoll aktar varjetà."
Din l-intervista ġiet ippublikata b'mod esklussiv fuq ir-rivista tagħna GWIDA fix-xahar ta' Ottubru. Il-GWIDA toħroġ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.