Il-kantanta Sarah Bonnici ġiet mistiedna fuq il-programm TVAM fejn fetħet qalbha dwar l-isfidi kollha li taffaċċja fl-industrija tal-ispettaklu.

Hi bdiet “Nemmen li il-ħolm hija ċavetta biex nilħqu l-ħolm tagħna, fis-sens, kollox jibda minn ħolma.”

Il-preżentattriċi wrietha filmat mill-prestazzjoni brillanti tagħha fil-Eurovision.

Sarah spjegat, “Din il-prestazzjoni tibqa’ speċjali għalija, naħseb kienet l-ewwel darba f’ħajti li kont sodisfatta, vera ħassejtni ħdimt għal xi ħaġa u ħareġ kif ridt, għax kien hemm ħafna affarijiet li forsi n-nies ma jirrealizzawx setgħu jmorru mhux ħażin ta’... diżastru! Fis-sens li kienu riskjużi ħafna! Pereżempju din in-nota għolja. In-nota anke jekk ma nkunx qed niċċaqlaq hi għolja u diffiċli imma wara dak iż-żfin kollu vera kienet diffiċli.”

Kompliet “Anke prattika fuq il-palk ikollok l-ewwel prattika qisu nofs siegħa tagħmilha tlett darbiet wara xulxin gas down kemm tixrob naqra ilma bejniethom u tipprova tirranġa. Tgħaddi ġurnata tbiddel xi affarijiet waħdek fl-istudio, l-għada terġa’ tagħmilha imbagħad lejliet u il-prestazzjoni propja.”

Il-preżentattriċi staqsietha kif jirnexxielha tlaħħaq ma’ kollox.

“Dan kollox ġdid għalija, ġifieri qed nitgħallem maż-żmien, imma tgħallimt ħafna niddelega, anke d-direttur kreattiv tiegħi, naħdmu ħafna flimkien u dejjem id f’id. Qegħdin f’punt fejn hu qed jitgħallem jafda fil-viżjoni tiegħi u jien qed nitgħallem nafda fil-viżjoni tiegħu, allura meta nitkellmu fuq xi ħaġa bħal din ikun hemm qisu sinerġija li flimkien jirnexxielna noħolqu xi ħaġa sabiħa għax nafdaw f’xulxin.”

Hi rringrazzjat lit-tim kollu tagħha u spjegat kemm hu importanti li tiddelega. Fi prestazzjoni bħal din ikollha tafda f’kulħadd.

“Nemmen ħafna li qatt m’għandek tinsa minn fejn bdejt... vera nemmen li trid tapprezza n-nies u kull min tak l-iċken opportunità.”

F’mument vulnerabbli qalet “Jekk ħa nkun realistika din l-industrija mhix faċli, ħafna ma jirrealizzawx, forsi jien stess qabel ma bdejt nagħmel dan ix-xogħol full time ma kont nirrealizza ċertu affarijiet. Tkun waħdek ħafna, jien insib ruħi ħafna fis-solitudni.... il-fama u l-attenzjoni ddum biss sa ċertu żmien.”

Nirringrazzjaw lil Sarah talli għażlet taqsam qalbha magħna. Din l-intervista tikxef iżjed il-karattru umli ta’ din it-tfajla!

Facebook / TVAM


Gabriella Borg