Minn Għawdex għal Malta f'ħin stipulat li żgur li ħa jgħin lill-istudenti li jkunu qed jistudjaw f'Malta u jkollhom bżonn jaqsmu bejn gżira u oħra biex jiġu għal-lezzjonijiet jew inkella xi pazjenti li jkollhom appuntamenti fl-isptar ta' Malta.

"Flimkien mal-Ministru Ian Borg nedejna rotta ġdida tat-trasport pubbliku X300 li se tkun qed tgħaqqad it-Terminal fiċ-Ċirkewwa mal-Università u l-Isptar Mater Dei, Junior College u l-Belt Valletta b’mod dirett u b’kordinament mat-traġitti tal-Gozo Channel. Dan hu pass importanti sabiex jonqos d-dewmien tal-Għawdxin biex jaslu fuq il-post tax-xogħol jew fl-istituzzjoni edukattivi."

L-iskeda għal din ir-rotta l-ġdida se tkun sinkronizzata mal-iskeda tal-vapur t'Għawdex, u se topera biss fiċ-Ċirkewwa, Skate Park (l-Isptar Mater Dei u l-Università), il-Kulleġġ (studenti tal-Junior College) u l-waqfiet tal-Valletta Terminus, sabiex il-passiġieri jkunu jistgħu jivvjaġġaw minn tarf tar-rotta għall-ieħor f'madwar 60 minuta.

Ir-rotta tibda topera mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-6.00 sas-18.45 minn Ottubru 2020, b’erba’ vetturi dedikati ta’12-il metru introdotti fis-servizz fl-2020, li jinkludu Wi-Fi b’xejn u USB Charging Ports.


Emil Calleja Bayliss