Il-kantanti Maltin immexxija mill-coach ta’ Voice Lab Malta, Claudia Magrin għal darb’ohra irnexxielhom jiksbu suċċess kbir barra minn xtutna fil-festival ‘Festival Della Canzone Citta’ Di Mascalucia’ fejn Nazio Rotin rebaħ dan il-konkors fil-Kategorija ta’ dawk minn 16-il sena l’ fuq.
Nazo bħala premju ngħata kanzunetta oriġinali li se tkun tista’ tintuża għal kompetizzjoni ewlenija Taljana fil-jien li ġejjin. Dan il-Festival huwa wieħed li jiġbor fih talent minn madwar l-Ewropa u huwa wieħed mill-ftit festivals prestiġġjuzi li jitkanta ma’ Orkestra f’teatru għall-apert quddiem 3,000 – 5,000 ruħ.
Fil-kategorija tal-kanzunetti oriġinali, il-Kantanta Amelia Kalabic ġiet fit-tieni post bil-Kanzunetta tagħħa ‘Dear World’ li interpretat propju s-sena l-oħra waqt il-Junior Eurovision Song Contest ta’ Malta.
Din ġiet miktuba u komposta mill-kantawtriċi bravissima Christina Magrin li kienet ukoll il-mistiedna speċjali ta’ din il-kompetizzjoni fejn tat spettaklu bil-vuċi straordinarja tagħħa u ntlaqgħet b’applaws kbir.