Illum ġurnata speċjali għall-kantant Roger Tirazona li jagħlaq sninu. Lil Roger ħafna nies jafuh f'diversi produzzjonijiet lokali, kif ukoll fil-Malta Eurovision.
Flimkien mal-grupp Trilogy, Roger kien viċin sabiex jirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest darbtejn.
Lura għall-2006, Trilogy spiċċaw fit-tielet post fid-debutt tagħhom bil-kanzunetta This Heart of Mine, li kienet tinkludi biċċa minnha bil-Malti. Konna ilna ma naraw il-lingwa Maltija f'dan il-konkors mis-sena 2000 meta Claudette Pace rebħet bil-kanzunetta Desire.
Fl-2007, Trilogy kienu spiċċaw fit-tieni post bil-kanzunetta Starlight b'kitba tal-istess tim tas-sena ta' qabel, Paul Abela u Joe Julian Farrugia. Pass 'il bogħod milli jtajru l-bandiera Maltija. L-aħħar li dehru f'dan il-festival Trilogy kien fl-2015 bil-kanzunetta Chasing a Dream.
Lil Roger rajnieh ikanta f'diversi kunċerti lokali u interpreta l-parti tal-phantom, meta Phantom of the Opera sar f'pajjiżna. Produzzjoni li niżlet għasel ma' dawk li jħobbu t-teatru lokali.
Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lill-kantant lokali l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali. Awguri Roger!
Facebook/ Roger Tirazona