Il-mudella Maltija Hayley Ghiller rebħet diversi premji tal-immudellar matul is-snin u riċentament qalet ‘iva’ lil Ethelbert Fenech hekk kif ipproponielha. “L-aktar ‘iva’ faċli li qatt għidt”, kienet kitbet hi.
Illum qed tiċċelebra ġurnata oħra ferm speċjali mal-imħabba ta’ ħajjitha għaliex għalaq 24 sena. Hi kitbitlu, “Nawgura lill-imħabba ta’ ħajti f’għeluq ir-24 sena tiegħu. Inti l-ikbar barka tiegħi, kontinwament tagħtini l-appoġġ, u tagħmel kull mument ta’ ħajti isbaħ. Jiena vera grata għall-qalb tajba tiegħek, is-saħħa tiegħek u l-imħabba li tagħtini. Vera ħerqana biex niżżewwġek u nqatta’ ħajti kollha miegħek. Ejja niċċelebrawk illlum, u kuljum. Inħobbok bla qies!”
Kemm għandhom imħabba ġenwina bejniethom! Nawgurawlu ġurnata mill-isbaħ f’għeluq sninu!
Instagram / hayley_ghiller