It-tim ta’ Gżira United uffiċjalment ħarġu l-flokk li se jkunu qed jilbsu għal dan l-istaġun u preżentaw lil Nate, Frank u Valentina.

Justin Haber żar lil dawn it-tlieta u wara li preżentalhom il-flokk u ħareġ uffiċjali fuq il-paġna ta’ Gżira United, il-mertu jidher li ħaditu biss Valentina. Dan wara li kitbu li Valentina hija l-aqwa sapporter li għandhom il-Gżira, meta fil-verita jidher li din ma ssegwihomx u skont Nate lanqas biss kienet taf li jeżistu.

Dan il-post ma tantx niżel tajjeb lanqas mal-familja ta’ Valentina għax ommha mill-Ħamrun u ħuha jżomm mal-Ħamrun Spartans. B’kumbinazzjoni l-Gżira se jkunu qed jilbsu l-flokk il-ġdid fil-logħba li jmisshom kontra l-Ħamrun.


Henzley  Bezzina