Nate Darmanin huwa wieħed mill-preżentaturi tal-programm tar-radju Nate, Frank & Rossi li jsir fuq l-istazzjon Vibe FM. Bħalissa Nate jinsab ftit imħabbat għax huwa ma jiflaħx - fil-fatt ilbieraħ lanqas kien fuq il-programm.
Ritratt: Facebook/Nate Frank & Rossi
Naturalment, Frank u Valentina bdew jitmejlu bih - hu qal li beda jitriegħed bla kontroll u kellu jibgħatilhom fit-3AM, tant li spiċċa qajjem lil Valentina!
Ritratt: Facebook/Nate Frank & Rossi
Għalkemm bħalissa Nate jinsab ma jiflaħx (bħal nofs Malta), għall-inqas għandu xi ħaġa li hu looking forward għaliha żgur - għeluq sninu li jaħbat eżatt ma’ jum il-Milied, 25 ta’ Diċembru! Hu iddeċieda li għal għeluq sninu jagħmel fundraising għal Malta Food Bank Inc. fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu.
Jekk tixtiequ tkunu tafu iżjed fuq Nate, hu ġie intervistat flimkien ma’ Frank u Valentina Rossi għall-Gwida ta’ din il-ġimgħa. Kunu ċerti li tixtru kopja!
Facebook/Nate Frank & Rossi